top of page

Id-Dumnikani Maltin
fl-artijiet tal-Missjoni
Diġa ħafna qabel ma kienet Provinċja, patrijiet Maltin kienu ħallew il-gżejjer tagħna biex jaqdu servizzi pastorali f’pajjiżi mbegħda. Fost dawn jissemma, per eżempju, P. Ambroġ Buttigieg OP li, fl-1553 kien inħatar saħansitra Isqof u Nunzju Apostoliku għall-Orjent. Dan ħa miegħu żewġ Dumnikani: l-aħwa Anton u Ġwann-Mattew Zahra. Anton ukoll kien ġie maħtur Isqof. (ara iktar tagħrif fi FSADNI, M. Dumnikani Maltin Magħrufa 1450-2003 Tifkiriet Bijo-Bibljografiċi Pubblikazzjoni Dumnikana Malta 2003 pp.17-20). Mat-twaqqif tal-Provinċja il-ħtieġa u x-xewq li patrijiet imorru l-Missjoni ma naqsitx. Anzi kien hemm ix-xewqa li l-Maltin ikollhom il-Missjoni tagħhom.
bottom of page