top of page
Writer's pictureEditor

Bidu tal-Prenovizzjat



Fit‑25 ta’ Ottubru, il‑Provinċjal, P. Vince Micallef OP, flimkien mal‑komunità Dumnikana tal‑Kunvent ta’ Sidtna Marija tal‑Għar, ir‑Rabat, laqa’ lil Jan Gauci fil‑bidu tal‑prenovizzjat. Jan huwa żagħżugħ minn Birkirkara li għal dawn l‑aħħar snin kien jieħu sehem fil‑laqgħat vokazzjonali ma’ żagħżagħ oħra. Waqt ir‑reċita tal‑Għasar fil‑komunità sar ir‑rit sempliċi tad‑dħul, li għalih kienu preżenti l‑ġenituri tiegħu u ħutu, u xi żgħażagħ oħra.

Nawguraw lil Jan perseveranza fil‑vokazzjoni tiegħu, filwaqt li nkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet Dumnikani.

Comentarios


Post: Blog2_Post
bottom of page