Il-provinċjal, P. Vince Micallef OP, ta l-ilbies ta' San Duminku fiċ-ċerimonja tal-Vestizzjoni ta' Kieran Cassar li saret nhar is-16 ta' Settembru 2023 fil-knisja ta' Santa Marija delle Grazie f'Milan. Din l-okkażjoni mmarkat il-bidu tas-sena tan-novizzjat li n-novizz il-ġdid ser jgħaddi fl-istess komunità f'Milan.
Preżenti kien hemm ukoll Fra Llewellyn Muscat OP, surmast tan-novizzi u l-istudenti Maltin.
Is-sena tan-novizzjat hija sena fejn il-kandidati jesperjenza l-ħajja reliġjuża Dumnikana mill-qrib, b'rifelssjoni sħiħa, u taħriġ fl-ispiritwalità, l-istorja, u l-kostituzzjonijiet tal-Ordni.
Nitolbu għal dan ħuna u għal aktar vokazzjonijiet Dumnikani.
Tixtieq tiskopri aktar is-sejħa Dumnikana? Kellimna: vocations@opmalta.org
Comments