Nhar il-Ħadd, 30 ta’ April 2023, il-Lajċi Dumnikani ċċelebraw il-festa tal-patruna tagħhom Santa Katarina ta’ Siena. Il-Provinċjal, P. Vince Micallef, akkumpanjat mid-Direttur Provinċjali tal-fraternità, P. Pawl Gatt, u d-djaknu Fra Ian Zammit, ikkonċelebra quddiesa fil-knisja ta' San Ġużepp tas-Sorijiet Dumnikani, Ħaż-Żabbar. Kienu preżenti numru sabiħ ta’ Lajċi li ġew minn diversi Fraternitajiet Dumnikani ta’ Malta.
Wara l-quddiesa saret preżentazzjoni dwar Santa Katarina, segwita b'bibita ċkejkna.
Comments