top of page
Writer's pictureEditor

Il-Provinċjal iżur in-Novizzi f'Milan

Updated: Apr 12, 2023


Nhar id-19 ta’ Frar, il‑provinċjal ivvjaġġa lejn Milan fejn iltaqa’ man‑novizzi fil‑kunvent ta’ Santa Maria delle Grazie. Huwa għadda l‑ġimgħa kollha magħhom fejn, barra li ltaqa’ personalment mal‑provinċjal P. Daniele Drago u mas‑surmast P. Daniele Cassani, u f’laqgħat personali mat‑tliet novizzi tal‑provinċja tagħna, huwa kellu l‑opportunità li jagħti wkoll xi lezzjonijiet dwar “il‑Psikoloġija tal‑Ħajja Reliġjuża” lill‑grupp kollu tan‑novizzi. Bħalissa l‑grupp jgħodd ħdax‑il novizz minn tliet provinċji, dik tal‑Italja ta’ fuq, tal‑Brażil u ta’ Malta, fejn din is‑sena l‑Provinċja Maltija għandha wkoll novizz mill‑Albanija. Waqt din iż‑żjara, il‑provinċjal akkompanja n‑novizzi wkoll f’mawra li kellhom fil‑kunvent ta’ San Ġwann u San Pawl, ġewwa Venezja. Din hija waħda miż‑żjajjar li n‑novizzi jagħmlu lill‑kunventi diversi fl‑Italja fejn hemm l‑aħwa Dumnikani.


Kienet żjara mhux biss interessanti għax il‑grupp żar postijiet ta’ interess, speċjalment fis‑sehem ta’ evanġelizzazzjoni li wettqu u għadhom iwettqu d‑Dumnikani, imma wkoll interessanti u ta’ formazzjoni għan‑novizzi.


Il‑Provinċjal irritorna Malta fit‑28 ta’ Frar.



131 views0 comments

Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page