top of page
Writer's pictureEditor

In-Novizzi f'Bolonja



In-novizzi Dumnikani Maltin, li bħalissa qed jagħmlu s-sena tan-novizzjat ġewwa l-Kunvent ta' Santa Maria delle Grazie f'Milan, ilbieraħ niżlu f'Bolonja għall-festa ta' San Duminku li tiġi ċċelebrata nhar l-4 ta' Awwissu fil-Bażilika fejn jinsabu l-fdalijiet tiegħu. Magħhom kien hemm ukoll il-prenovizz Kieran Cassar, li bħalissa qed jagħmel esperjenza mal-komunità f'Milan bi tħejjija għan-novizzjat tiegħu li ser jibda fix-xhur li ġejjin.


F'Bolonja n-novizzi ltaqgħu mas-Surmast, P. Llewellyn Muscat OP. Hemm kellhom ix-xorti li jitolbu quddiem l-arka fejn jinsab midfun San Duminku kif wkoll li jkunu viċin ir-relikwa tar-ras ta' San Duminku li tkun esposta f'dawn il-jiem għall-festa tal-qaddis.


Nitolbu għalihom u għal aktar vokazzjonijiet Dumnikani

Comentarios


Post: Blog2_Post
bottom of page