Irtir tar-Randan
- Editor
- Apr 4, 2022
- 1 min read
Updated: Apr 12, 2023

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi fi ħdan il-Provinċja Dumnikana San Piju V organizzat irtir ta' nofs ta' nhar ġewwa d-dar tal-irtiri, il-Lunzjata r-Rabat. Għal dan l-irtir xi aħwa Dumnikani minn komunitajiet differenti f'Malta ngħaqdu permezz tal-video conferencing, oħrajn attendew flimkien ma' xi lajċi Dumnikani.
Indirizza l-irtir il-Viċi Direttur tal-Facilità Korrettiva ta' Kordin is-Sur Randolph Spiteri.
Comments