Huma u jibdew is-sena Skolastika l-ġdida, l-istudenti tal-iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir dalgħodu ġew milqugħa lura mill-għalliema tagħhom b'dan il-messaġġ, "Kun Qawsalla fis-Sħaba ta' Ħaddieħor."
Dalgħodu Triq l-Ifran il-Belt sebħet aktar imħabbta mis-soltu bl-istudenti tal-iskola Sekondarja jerġgħu jsibu ruħhom mill-ġdid fil-kumpanija ta' sħabhom u tal-għalliema tagħhom fil-Kulleġġ San Albert il-Kbir.
Nifirħulhom u nawgurawlhom għas-sena skolastika li jmiss, filwaqt li nistennew bil-ħerqa l-iċken membri tal-Kulleġġ tagħna, l-istudenti tal-Kindergarten, li jerġgħu lura għada.
Comments