Wara li fit‑8 ta’ Settembru wasal lura Malta fi tmiem is‑sena tan‑novizzjat tiegħu ġewwa l‑Kunvent ta’ Santa Maria delle Grazie, f’Milan, fl‑14 ta’ Settembru, Fra Kieran Cassar, għamel l‑ewwel professjoni reliġjuża f’idejn il‑provinċjal, P. Vince Micallef waqt quddiesa konċelebrata fil‑knisja tal‑Madonna tal‑Għar, ir‑Rabat. Għal din iċ‑ċelebrazzjoni kienu preżenti diversi patrijiet u fratelli tal‑kunventi tagħna, xi saċerdoti ħbieb tan‑novizz, il‑ġenituri tiegħu, familjari u ħbieb. Fra Kieran issa jinsab Bologna biex jibda l‑filosofija mal‑istudenti Dumnikani Taljani.
Il-professjoni sempliċi hija l-wegħda tal-voti reliġjużi tal-ubbidjenza, il-faqar u l-kastità għal perjodu definit ta’ żmien.
Skopri s-sejħa Dumnikana vocations@opmalta.org
Comments