Il-Provinċja Dumnikana Maltija qed torganizza konferenza fl-okkażjoni tas-700 sena mill-kanonizzazzjoni ta' San Tumas t'Akwinu.
Il-konferenza ser tkun indirizzata mill-akkademiku ta' fama internazzjonali Matthew Levering, li ser jitħaddet dwar it-tema Mariology and the Tertia Pars of the Summa Theologiae. Il-kelliem l-ieħor huwa P. Thomas Davenport li jaħdem fl-oqsma tat-Tomiżmu u l-Fiżika. Huwa ser jagħti taħdita bit-titlu Medieval Wisdom for Modern Physics.
Il-konferenza ser issir nhar it-28 ta' April 2023 fis-7:00pm fl-Auditorium tal-Kunvent Dumnikan fir-Rabat.
Kulħadd huwa mistieden.
Comments