Il-Provinċja Dumnikana Maltija laqgħet tliet novizzi ġodda fi ħadna. Matthias Buhagiar, Jesmond Falzon, minn Malta, u Dedë Kasneci, mill-Albanija, irċevew l-abitu Dumnikan nhar is-Sibt 17 ta' Settembru 2022 mill-Provinċjal P. Vince Micallef OP ġewwa Santa Maria delle Grazie f'Milan, fejn sejrin iqattgħu s-sena tan-novizzjat.
Is-sena tan-novizzjat hija sena fejn il-kandidati jesperjenza l-ħajja reliġjuża Dumnikana mill-qrib, b'rifelssjoni sħiħa, u taħriġ fl-ispiritwalità, l-istorja, u l-kostituzzjonijiet tal-Ordni.
Nistednukom titolbu għal dawn ħutna u għal aktar vokazzjonijiet Dumnikani.
댓글