
Il-Pubblikazzjonijiet Dumnikani għadha kemm ħarġet pubblikazzjoni ġdida bl-isem Xandara tal-Kelma: Id-Dumnikani tal-Provinċja San Piju V li mietu bejn l-1838 u l-2024.
Wara diversi snin iqalleb fl-arkivji tal-kunventi Dumnikani Maltin, P. Pawl Gatt OP damm flimkien ġabra ta’ tagħrif qasir dwar il-membri tal-Provinċja Dumnikana Maltija sa mit-twaqqif tagħha fl-1838. Din ir-riċerka, P. Pawl ħariġa u mqassmha f’verżjoni inedita. Issa din ir-riċerka qed tiġi ppubblikata fi ktieb u hekk isservi mhux biss ta’ tifkira għal dawk li ġew qabilna fis-servizz tal-Kelma, iżda wkoll ta’ għodda għar-riċerkaturi li jkunu jixtiequ xi tagħrif partikolari dwar wieħed mill-aħwa.
Il-mertu ta’ din ir-riċerka, apparti l-minjiera ta’ dettalji sbieħ li jiċċelebraw il-kontribut ta’ ħutna Dumnikani Maltin, miġburin fl-aħħar f’post wieħed, għandha wkoll: għadd ta’ referenzi, li jgħinu lir-riċerkatur jiffoka t-tiftix tiegħu;
Bijografija akkumpanjata b'dettalji anagrafiċi fuq kull membru;
Kollezzjoni ta' 'l fuq minn 200 ritratt tal-aħwa;
Għadd ta' appendiċi b'ġabra ta' dettallji għar-riċerkaturi.
Din il-pubblikazzjoni tista' tinkiseb mill-kunventi Dumnikani Maltin kollha.

Comentarios