ID-DUMNIKANI F'MALTA

1473
Twaqqif tal-Ewwel Dar
L-ewwel dar tal-Ordni tal-Predikaturi f'Malta twaqqfet ġewwa r-Rabat u kienet iddedikata lill-Madonna tal-Għar. Din id-dar ġiet dikjarata bħala Kunvent mill-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni f'Basle.

1528
Twaqqif tal-Ewwel dar barra l-ħitan tal-Imdina
Peress li l-kummerċ madwar il-Port il-Kbir kien dejjem jikber, il-Patrijiet Dumnikani waqqfu l-ewwel dar 'l hinn mill-ħitan tal-Imdina ġewwa l-Birgu. Tlett snin wara, fl-1530, bil-miġja tal-Kavallieri, il-Birgu saret ċentru mill-akar importanti u strateġiku fil-gżira Maltija. Fl-1536 il-Dar tal-Birgu twaqqfet bħala Kunvent formali. Fit-tieni gwerra dinija, il-Kunvent u l-Knisja ġġarfu kompletament u reġgħu nbnew mill-ġdid.

1569
Twaqqif tal-Kunvent u l-Ewwel Parroċċa tal-Belt Valletta
Meta l-Kavallieri bdew jibnu l-Belt il-ġdida fuq l-Għolja Xiberras, id-Dumnikani tal-Birgu wara li kienu jassistu spiritwalment lill-ħaddiema, marru jwaqqfu Dar fil-Belt Valletta taħt it-titlu tal-Madonna ta' Portu Salvu. Fl-1571, b'digriet tal-Papa Piju V, il-knisja tal-Portu Salvu saret parroċċa għall-poplu kollu tal-Belt Valletta. Fl-1612 din il-fondazzjoni twaqqfet uffiċjalment bħala Kunvent. Nhar il-25 ta' Marzu 1816, il-Knisja tal-Portu Salvu ġiet mgħollija għad-dinjità ta' Bażilika Minuri.

1816-1838
Lejn Awtonomija
Fl-1816 it-tlett Kunvent Maltin ġew magħquda biex jiffurmaw il-Kongregazzjoni San Piju V. Fl-1838 imbagħad il-Kongregazzjoni saret Provinċja taħt il-patroċinju tal-Papa Dumnikan, li kien benefattur kbira tal-gżejjer tagħna

1909
Twaqqif ta' Dar f'Tas-Sliema
Fl-1909 twaqqfet Dar f'Tas-Sliema ddedikata lil Ġesù Nazzarenu. Fl-1973 il-Knisja tan-Nazzarenu saret parroċċa

1945
Twaqqif ta' Dar fi Gwardamanġa
Fl-1945 twaqqfet Dar fi Gwardamanġa taħt it-titlu devot ta' Sidtna Marija tar-Rużarju ta' Fatima. Fl-1968 il-knisja ta' Fatima saret parroċċa.

1961
Twaqqif tal-Missjoni fil-Brażil
Fl-1961 id-Dumnikani Maltin waqqfu l-Vigarjat ta' San Martin de Porres fil-Brażil, li aktar tard ingħaqdet mal-Provinċja ta' Fra Bartilmew de Las Casas.

1996
Twaqqif tal-Missjoni fl-Albanija
Fl-1996, ftit qabel faqqgħet il-gwerra ċivili fl-Albanija, id-Dumnikani Maltin bdew missjoni ġdida fl-art tal-Kumani. Huma waqqfu l-ewwel dar tagħhom f'Sukth, biex imbagħad fis-sena 2000 bnew dar oħra f'Durrës, fejn ġew afdat b'parroċċa ddediakta lil San Duminku